Kelma tal-Hajja

Dicembru 2008(pdf)

Jannar 2009 (pdf)

Marzu 2009 (ppt)

Mejju 2009 (ppt)

 


 

Cittą Nuova

 

Città Nuova

 

Kelma tal-Hajja

 

Kelma tal-Hajja ta’ Mejju 2009

"Kull wiehed minnkom jghix skond id-don li rcieva u jinqeda bih ghall-gid tal-ohrajn" (1 Pt 4,10)1.

Edith, ghamja mit-twelid, tghix ma’ persuni ohra ghomja f’istitut fejn il-kappillan, li ghandu riglejh ipparalizzati, ma jistax jiccelebra l-Quddies. Minhabba f’hekk kien hemm min irid inehhi ‘l Gesù Ewkaristija minn dik id-dar. Edith talbet lill-isqof biex ihallihulhom bhala l-uniku dawl ghad-dlam taghhom. Il-permess inghatalha u mieghu permess iehor biex tqarben hija stess lill-kappillan u ‘l shabha.
Xewqana li tkun utli ghall-ohrajn, Edith tmexxi programm fuq ir-radju li jdum sejjer ghal xi sighat. B’hekk hi tista’ toffri mit-tajjeb li ghandha: pariri, hsibijiet utli, twegibiet cari fuq il-morali, ecc. Bl-esperjenza taghha hi tghin lil dawk li qed ibatu. Edith... nista’ nkompli nghid aktar dwarha. Hi ghamja u t-tbatija dawlitha.
Kemm aktar ezempji nista’ nirrakkuntalek! It-tajjeb jezisti imma ma jaghmilx hoss. Edith prattikament tghix ta’ nisranija: hi taf li kull wiehed minna rcieva kwalitajiet tajba u bihom ghandu jaqdi lill-ohrajn.
Iva, ghax bil-kelma “don” (jew “karizma” li gejja mill-Grieg) ma nifhmux biss dawk il-grazzji li Alla jaghti ’l-mexxejja tal-Knisja. U lanqas ma tfisser biss dawk id-doni mhux tas-soltu li hu jaghti direttament lil xi hadd mill-fidili ghall-gid ta’ kulhadd, meta jara li l-Knisja tkun tehtieg tirrimedja ghal xi sitwazzjonijiet eccezzjonali, jew ghal xi perikli serji li ghalihom l-istituzzjonijiet tal-Knisja ma jkunux bizzejjed. Dawn id-doni jistghu jkunu l-gherf, ix-xjenza, id-don tal-mirakli u tal-lingwi, il-karizma li biha titwaqqaf spiritwalità gdida fil-Knisja, u doni ohrajn.
Mhux dawn biss huma doni jew karizmi, imma hemm ohrajn iktar semplici li hafna nies ghandhom u li tinnutahom minhabba l-gid li jaghmlu. L-Ispirtu s-Santu jahdem.
Barra minn hekk anki t-talenti naturali jistghu jissejhu doni jew karizmi. Ghalhekk kulhadd ghandu minnhom. Inti wkoll.
U kif ghandek tuzahom? Ara kif tista’ thaddimhom. Huma nghatawlek mhux ghalik biss, imma ghall-gid ta’ kulhadd.


"Kull wiehed minnkom jghix skond id-don li rcieva u jinqeda bih ghall-gid tal-ohrajn".

Bla ghadd hi l-varjetà tad-doni. Kull wiehed ghandu d-don tieghu u ghalhekk fil-komunità ghandu l-funzjoni specifika tieghu.
Imma ghidli haga: x’don ghandek int? Ghandek xi certifikat, diploma, xi lawrja? Qatt ma hsibt li toffri xi ftit sighat fil-gimgha biex tghallem ’il min ma jafx, jew ’il min m’ghandux il-mezzi biex jistudja?
Ghandek qalbek partikolarment generuza? Qatt hsibt biex tghaqqad il-forza tieghek ma’ dik ta’ ohrajn halli tghin ‘il min hu fqir jew imwarrab, u b’hekk tkun qed tpoggi s-sens tad-dinjità tal-bniedem f’qalb hafna nies?
[…]
Int kapaci tikkonsla lill-ohrajn? Jew tiehu hsieb id-dar, issajjar, taghmel ilbies bi ftit flus jew tinqala’ ghal xi xoghol manwali? Hares madwarek u ara min ghandu bzonnok.
Inbati meta nara li hawn min qed ifittex u li hawn min jghallem kif nistghu nimlew il-hin liberu. Ahna l-insara m’ghandniex hin liberu, sa ma fid-dinja jibqa’ min hu marid, bil-guh, il-habs, injurant, dubbjuz, imdejjaq, drogat, […] iltim, armla...
U ma jidhirlekx li t-talb hu don mill-aqwa li nistghu nuzaw, peress li kull hin nistghu nduru lejn Alla li jinsab kullimkien?
[…]


"Kull wiehed minnkom jghix skond id-don li rcieva u jinqeda bih ghall-gid tal-ohrajn".

Timmaginaha Knisja li fiha l-insara kollha, miz-zghar sal-kbar, jaghmlu kull ma jistghu biex ipoggu d-doni taghhom halli jghinu ‘l-ohrajn?
Kieku l-imhabba ta’ bejnietna tkun daqshekk vera, u qalbna tkun daqshekk kbira, li minn dan kollu nintgharfu bhala dixxipli ta’ Kristu […]
Mela, la dan ikun ir-rizultat, ghaliex ma taghmilx dak kollu li tista’ biex dan jitwettaq?

Chiara Lubich